Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Awwissu 2021 – Telefónica Germany vs EUIPO – Google (LOOP)

(Kawża T-305/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Telefónica Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, C. Schmitt u S. Clotten, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2020 (Każ R 281/2019-4), dwar proċediemnti ta’ kanċellazzjoni bejn Google u Telefónica Germany.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

Telefónica Germany GmbH & Co. OHG u Google LLC huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.