Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – LDC Argentina vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/14) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Arġentina – Dazju antidumping definittiv – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż tal-produzzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LDC Argentina SA (Buenos Aires, Argentina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u G. Bathory, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert u B. Driessen, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil LDC Argentina SA.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dak sostnuti minn LDC Argentina.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 151, 19.5.2014.