Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kunsill

(Kawża T-120/14) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Indoneżja – Dazju antidumping definittiv – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż tal-produzzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PT Ciliandra Perkasa (Jakarta, l-Indoneżja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: inizjalment minn S. Boelaert, sussegwentement minn H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka Kuik, aġenti), u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M. S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil PT Ciliandra Perkasa.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn PT Ciliandra Perkasa.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 12, 14.4.2014.