Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

(Kawża F-14/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Mejju 2011 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011;

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-18 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha din ikkonfermat in-numru ta’ postijiet disponibbli fl-2011 għal promozzjoni fil-grad AD13 bil-konsegwenza li l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2011 ġie miċħud;

jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-ispejjeż.