Language of document : ECLI:EU:T:2008:408





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2008 – Powderject Research vs UASI (POWDERMED)

(Kawża T-166/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POWDERMED – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 22-25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ April 2006 (Każ R 1189/2005-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali POWDERMED bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Powderject Research Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali POWDERMED għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 42 – Applikazzjoni Nru 4202743

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Powderject Research Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.