Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judiciaire de Nanterre (Franza) fit-23 ta’ Frar 2024 – TJ vs Direction régionale des finances publiques d’Ile de France et de Paris

(Kawża C-141/24, Direction régionale des finances publiques d’Ile de France et de Paris)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judiciaire de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TJ

Konvenut: Direction régionale des finances publiques d’Ile de France et de Paris

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital iggarantit mill-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti t-tassazzjoni ex officio prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 755 tal-code général des impôts (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), tal-assi miżmuma barra mill-pajjiż li ma jkunux ġew iddikjarati skont il-kundizzjonijiet tal-proċedura prevista fl-Artikolu L.23 C tal-livre des procédures fiscales (il-Ktieb tal-Proċeduri Fiskali), u li l-oriġini u l-modalitajiet tal-akkwist tagħhom ma jkunux ġew iġġustifikati, għalkemm dan iwassal għal effett ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni meta l-persuna taxxabbli tiġġustifika li dawn l-assi jkunu saru parti mill-patrimonju tagħha matul perijodu preskritt?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din id-domanda, minn dan għandu jiġi dedott li kull proċedura ta’ rettifika bbażata fuq id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq għandha tiġi annullata, u dan anki meta, fil-każ suġġett għall-kontroll tal-awtorità tat-taxxa, ma jkun jirriżulta ebda effett ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni?

____________