Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill

(Kawża T-423/09) 

"Dumping - Importazzjoni ta' ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament li jagħlaq reviżjoni interim - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Kunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż tal-oriġini - Applikazzjoni ta' metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizzjali - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd (Dashiqiao, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009, tas-7 ta' Settembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 240, p. 7), sa fejn id-dazju antidumping li ġie stabbilit fir-rigward tar-rikorrenti jeċċedi dak li jkun applikabbli kieku kien stabbilit fuq il-bażi tal-metodu ta' kalkolu applikat fl-investigazzjoni inizzjali dwar in-nuqqas ta' rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżud Ċiniza għall-esportazzjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.