Language of document : ECLI:EU:T:2011:247





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 – São Paulo Alpargatas vs UASI – Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)

(Kawża T-422/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Kumunitarja figurattiva BAHIANAS LAS ORIGINALES – Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti havaianas u trade mark nazzjonali verbali preċedenti HAVAIANAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 41, 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1477/2008–2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn São Paulo Alpargatas, SA u Enrique Fischer.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Enrique Fischer

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali BAHIANAS LAS ORIGINALES, għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5024591

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

São Paulo Alpargatas, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali havaianas (Nru 3772431), trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali havaianas (M2341904) u trade mark verbali Spanjola HAVAIANAS (M2341905), li jkopru l-prodotti kollha fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata


Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-17 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1477/2008‑2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn São Paulo Alpargatas, SA.

3)

Enrique Fischer għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.