Language of document : ECLI:EU:T:2011:735





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011 – Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI – Sportfive (QUALIFIER)

(Kawża T‑424/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUALIFIER – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Qualifiers 2006 – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 49)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1291/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sportfive GmbH & Co. KG u Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.