Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2009 - São Paulo Alpargatas vs UASI - Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)

(Kawża T-422/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: São Paulo Alpargatas, SA (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Fischer

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors, billi tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Awwissu 2009, bil-konsegwenzi legali kollha li dan ikun jinvolvi fid-dawl tad-dritt Komunitarju;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Enrique Fischer

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "BAHIANAS (LAS ORIGINALES)" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.024.591), għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali "havaianas" (Nru 3.772.431), trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali "havaianas" (M 2.341.904) u trade mark verbali Spanjola "HAVAIANAS" (M 2.341.905), kollha kemm huma fir-rigward ta' prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kolha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata.

Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________