Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2012 - Rocket Dog Brands vs UASI - Julius-K9 (JULIUS K9)

(Kawża T-231/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rocket Dog Brands LLC (Heywood, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Julius-K9 bt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Marzu 2012, (R 1124/2011-4) sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 25, u

tordna lir-rikorrenti tħallas l-ispejjeż sostnuti mill-opponenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "JULIUS K9" għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 452 201

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi li jirrappreżentaw kelb, għadma (jew għadam) (fil-forma ta' salib) u l-kombinazzjoni alfanumerika "K 9" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________