Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO - Nestlé Unternehmungen Deutschland (Rappreżentazzjoni ta’ koala)

(Kawża T-41/17) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta koalas – Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN Schöller lustige Gebäckfiguren – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Setgħa ta’ bidla))

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, S. Cobet-Nüse u C. Elkemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 0250/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte.

Dispożittiv

Id-dispożizzjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 250/2016-5) hija annullata, sa fejn, fiha, il-Bord tal-Appell laqa’ l-oppożizzjoni għall-“[k]ejkijiet mimlija bil-krema taċ-ċikkulata; ċikkulata; ħelu, għaġina tal-kejk; gallettini; gallettini aperittivi; silġ li jittiekel; għaġina tal-kejk u ħelu” fil-klassi 30.

L-oppożizzjoni magħmula minn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG, predeċessur legali ta’ Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH, hija miċħuda għall-“[k]ejkijiet mimlija bil-krema taċ-ċikkulata; ċikkulata; ħelu, għaġina tal-kejk; gallettini; gallettini aperittivi; silġ li jittiekel; għaġina tal-kejk u ħelu” fil-klassi 30.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lotte Co. Ltd għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Orders Nestlé Unternehmungen Deutschland għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 95, 27.3.2017.