Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/17) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001– Dokumenti relatati ma’ investigazzjonijiet preliminari dwar skemi ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur tal-portijiet tal-Istati Membri kollha – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Regolament (KE) Nru 45/2001 – Kunċett ta’ ħajja privata –Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu – Applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali – Interess pubbliku superjuri”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) (Brest, Franza) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, B. Stromsky, u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 7755 finali tat-23 ta’ Novembru 2016 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent, minn naħa, l-aċċess sħiħ għall-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, l-aċċess għar-risposti tal-Istati Membri għal dan il-kwestjonarju, imsemmija f’ittra mibgħuta fit-8 ta’ Lulju 2016 lir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.38398 (2016/C) (ex 2015/E) – Taxxa tal-portijiet fi Franza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ix-Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 114, 3.4.2017.