Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali l-24 ta’ Jannar 2024 – Delta-Sport Handelskontor vs EUIPO – Lego (Element ta’ kostruzzjoni ta’ kaxxa tal-logħob ta’ kostruzzjoni)

(Kawża T-537/22) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta element ta’ kostruzzjoni ta’ kaxxa tal-logħob ta’ kostruzzjoni – Raġuni ta’ invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tal-apparenza ta’ prodott imposti esklużivament mill-funzjoni teknika tiegħu – Karatteristiċi tal-apparenza ta’ prodott li għandhom neċessarjament jiġu riprodotti fil-forma u fid-dimensjonijiet eżatti tagħhom sabiex iservu għall-interkonnessjoni ma prodotti oħra – Disinn li għandu l-għan li jippermetti l-assemblaġġ jew diversi konnessjonijiet tal-prodotti interkambjabbli fi ħdan sistema modulari – Artikolu 8(1) sa (3) tar-Regolament Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Delta Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Klawitter u L.-E. Appel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1524/2021-3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Delta Sport Handelskontor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 418, 31.10.22.