Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (Feed.)

(Kawża T-26/23) 1

(‟Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Feed. – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti The Feed. – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001ˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Feed SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Feed.com, Inc. (Broomfield, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Lacker, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Novembru 2022 (Każ R 552/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Feed SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 94, 13.3.2023.