Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Formula One Licensing vs UASI– ESPN Sports Media (F1-LIVE)

(Kawża T-10/09 RENV) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti F 1 u nazzjonali u internazzjonali verbali F 1 Formula 1 – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Klingberg u K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESPN Sports Media Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Racing-Live SAS u Formula One Licensing BV. DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1) hija annullata.L-UASI u l-ESPN Sports Media Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minn Formula One Licensing BV fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, u għal dawk sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.