Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Frar 2010 - Özdemir vs UASI - Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)

(Kawża T-11/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali James Jones - Trade mark Komunitarja verbali proċedenti JACK & JONES - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rahmi Özdemir (Dreieich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Hoes, M. Heinrich, C. Schröder, K. von Werder u J. Wittenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Barreett Christiansen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Novembru 2008 (Każ R 858/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Aktieselskabet af 21. november 2001 u Rahmi Özdemir.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rahmi Özdemir huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009