Language of document : ECLI:EU:C:2014:251





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 — Il‑Kummissjoni vs L‑Italja

(Kawża C‑85/13)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE –Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3 sa 5 u 10 — Anness I, A u B”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikoli 3, 4, 5 u 10) (ara l-punt 31)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3 sa 5 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 311, p. 1).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji biex tiżgura li:

–        l-agglomerazzjonijiet ta’ Melegnano, Mortara, Olona Nord, Olona Sud, Robecco sul Naviglio, San Giuliano Milanese Est, Trezzano sul Naviglio u Vigevano (Lombardia), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000 u li jarmu ilma mormi urban f’ilmijiet riċeventi kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, ikunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma urban mormi, skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva;

–        fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado (Friuli-Venezia-Giulia), Broni, Calco, Casteggio, Melegnano, Mortara, Orzinuovi, Rozzano, Trezzano sul Naviglio, Valle San Martino, Vigevano (Lombardia), Pesaro, Urbino (Marche), Alta Val Susa (Piemonte), Nuoro (Sardegna), Castellammare del Golfo I, Cinisi, Terrasini (Sicilia), Courmayeur (Valle d’Aosta) u Thiene (Veneto), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000, l-ilma urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun issuġġettat, qabel ma jintrema, għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008;

–        fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Aviano Capoluogo, Cividale del Friuli, Codroipo/Sedegliano/Flaibano, Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado, Latisana Capoluogo, Pordenone/Porcia/Roveredo/Cordenons, Sacile, Udine (Friuli-Venezia-Giulia), Frosinone (Lazio), Francavilla Fontana, Trinitapoli (Puglia), Dorgali, Nuoro, ZIR Villacidro (Sardegna) u Castellammare del Golfo I, Cinisi, Partinico, Terrasini u Trappeto (Sicilia), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000 u li jarmu f’ilmijiet riċeventi kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tad-Direttiva 91/271/KEE, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, l-ilma urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun issuġġettat, qabel ma jintrema, għal trattament iktar rigoruż minn trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva; u

–        l-impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi mibnija biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 sa 7 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, ikunu ppjanati, mibnija, imħaddma u miżmuma b’mod li jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha tal-post fejn jinsabu u sabiex l-impjanti ta’ trattament ikunu ppjanati b’mod li jittieħdu inkunsiderazzjoni varjazzjonijiet tat-toqol skont l-istaġuni fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Aviano Capoluogo, Cividale del Friuli, Codroipo/Sedegliano/Flaibano, Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado, Latisana Capoluogo, Pordenone/Porcia/Roveredo/Cordenons, Sacile, Udine (Friuli-Venezia-Giulia), Frosinone (Lazio), Broni, Calco, Casteggio, Melegnano, Mortara, Orzinuovi, Rozzano, Trezzano sul Naviglio, Valle San Martino, Vigevano (Lombardia), Pesaro, Urbino (Marche), Alta Val Susa (Piemonte), Francavilla Fontana, Trinitapoli (Puglia), Dorgali, Nuoro, ZIR Villacidro (Sardegna), Castellammare del Golfo I, Cinisi, Partinico, Terrasini, Trappeto (Sicilia), Courmayeur (Valle d’Aosta) u Thiene (Venezia),

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 4 u/jew l-Artikolu 5 kif ukoll taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008.

2)

Ir‑Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.