Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2010 - Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta' twissija bil-miktub.

It-talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-23 ta' April 2009, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta' twissija bil-miktub;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________