Language of document : ECLI:EU:T:2014:796





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il‑Parlament

(Kawża T‑650/13)

“Rikors għal annullament – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka – Petizzjoni ddikjarata ammissibbli – Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament li tiddetermina l-provvedimenti li għandhom jittieħdu fil-kuntest ta’ petizzjoni ddikjarata ammissibbli – Esklużjoni (Artikoli 227 TFUE u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 44; Regoli Interni tal-Parlament Ewropew, Artikolu 202) (ara l-punti 31‑40)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.

Dispożittiv

1)

It-talba tal-Parlament Ewropew li jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-Ungerija.

4)

Zoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.

5)

Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.