Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2024 – VN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/23) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Ħlas lill-ġenitur li għandu l-kustodja tal-wild – Żball ta’ liġi – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VN (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Awwissu 2022 li tipprevedi l-ħlas tal-allowances kollha tal-familja lill-omm ta’ ibnu, u tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2022 dwar il-ħlas tal-allowance tal-iskola, tal-allowance għall-wild dipendenti u tal-allowance ta’ qabel l-iskola lill-omm ta’ ibnu, u, min-naħa l-oħra, il-ħlas tal-ammonti kollha dovuti għall-imsemmija allowances, wara t-tnaqqis tal-ammonti li diġà ħallas.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

VN huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 261, 24.7.2023.