Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2013 - Out of the blue vs UASI Mombauer (REFLEXX)

(Kawża T-48/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u I. George, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meinhard Mombauer (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tad-19 ta' Novembru 2012, fil-Każ R 1656/2011-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

fil-każ li Meinhard Mombauer jintervjeni fil-kawża, tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "REFLEXX" għal prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 239 511

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meinhard Mombauer

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali "REFLECTS", għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(5) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________