Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: P. Joassart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni ta’ assenzjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni, innotifikata b’posta elettronika tal-1 ta’ Frar 2013, meħuda mill-kap tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika (O.I.B.) dwar it-tneħħija tar-rikorrenti mill-funzjonijiet tagħha ta’ infirmiera u l-assenzjazzjoni tagħha fil-“baby feeding unit” (sezzjoni tal-ikel tat-trabi) b’effett mill-4 ta’ Frar 2013.tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.