Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2014 – van de Water vs Il-Parlament

(Kawża F-86/13) 1

(Servizz pubbliku – Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal – Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li titwettaq attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz – Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kompatibbiltà mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni – Projbizzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert van de Water (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Bentley QC u R. Bäuerle, avikati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Chemaï u M. Dean, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jaċċetta l-post ta’ konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna matul perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ tmiem tal-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament Ewropew.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.Robert van der Water għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u huwa kundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.