Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Ġunju 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-78/09)1

(Servizz pubbliku -Uffiċjali - Rikors għad-danni - Rimbors tal-ispejjeż - Eċċezzjoni ta' rimedju parallel - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minnu fil-Kawża T-18/04 u li għalihom il-konvenuta kienet ġiet ikkundannata tħallas permezz tas-sentenza tal-10 ta' Ġunju 2008. Min-naħa l-oħra, talba ta' kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009, p. 43