Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 - Cybergun vs UASI - Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T-503/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AK 47 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cybergun SA (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Ottubru 2009 (Każ R 645/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG u Cybergun SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 51, 27.2.2010.