Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-639/14)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismoy A.E. (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Ikonomou, K. Sinodinos u E. Salaka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li huma inklużi fl-ittra tal-konvenuta tat-12 ta’ Ġunju 2014 lir-rikorrenti u li jirrigwardaw rispettivament iż-żewġ ilmenti li r-rikorrenti ssottomettiet imbagħad lill-konvenuta fejn tikkontesta l-għajnuna mill-Istat illegali li rriżultat, inizjalment, mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 346/2012 tal-awtorità regolatorja għall-enerġija Griega u, sussegwentement, mid-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ speċjali fil-kuntest tal-arbitraġġ permanenti tal-awtorità regolatorja għall-enerġija fuq imsemmija – li t-tnejn li huma obbligaw lir-rikorrenti li tipprovdi l-elettriku lill-kumpannija Alouminion A.E. bi prezz taħt il-prezz ta’ produzzjoni – u, speċifikament, id-deċiżjoni espressa tal-Kummissjoni li ma tinvestigax iktar it-tieni ilment tar-rikorrenti imsemmi hawn fuq, minħabba li ma ġie stabbilit ebda ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u d-deċiżjoni impliċita tagħha li ma tinvestigax iktar l-ewwel ilment imsemmi hawn fuq;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali, billi l-konvenuta ma kkonformatx mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti għall-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward il-liġi u l-fatti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, dwar il-konklużjoni tal-konvenuta li l-miżura kkontestata ma tistax tiġi imputata lill-Istat.It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward il-liġi u l-fatti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, dwar il-konklużjoni tal-konvenuta li l-miżura kkontestata ma tirriżultax fl-għoti ta’ vantaġġ inġust lill-kumpannija Alouminion A.E.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti u li jiġu eżaminati l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari fid-dawl tan-nuqqas tal-konvenuta li tistabbilixxi b’mod suffiċjenti r-raġunijiet kollha li għalihom il-punt

i ta’ fatt u ta’ liġi li r-rikorrenti poġġiet quddiemha ma stabbilixxewx l-eżistenza tal-allegat għajnuna mill-Istat illegali u li tiddikjara r-raġunijiet kollha għall-bidla sostanzjali għall-pożizzjoni li l-konvenuta stess kienet adottat f’każijiet preċedenti, fir-rigward is-sodisfazzjon tal-k

riterju ta’ imputabbiltà lill-Istat u l-kalkolu tal-prezz għall-provvista tal-elettriku lil konsumatur bħalma hija l-kumpannija Alouminion A.E. u fid-dawl tan-nuqqas tal-konvenuta li twettaq kull investigazzjoni sostanzjali dwar iż-żewġ ilmenti msemmija hawn fuq mir-rikorrenti.