Language of document : ECLI:EU:T:2014:16





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2014 —

Romonta vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑614/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 — Talba għal rikonoxximent ta’ sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva — Nuqqas ta’ urġenzaˮ

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-17)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali — Deċiżjoni li l-kawża prinċipali tiġi deċiża permezz tal-proċedura mħaffa fis-sens tal-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ urġenza (Artikoli 256(1) TFUE u 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76(a) u 104(2)) (ara l-punti 20-27)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn ġiet irrifjutata l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet lir-rikorrenti għal sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.