Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-1 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra l-imputat 5

(Kawża C-147/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

L-Imputat 5

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem sanċit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta) u fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (iktar ’il quddiem il-“KTFS”) jipprekludi t-tressiq ta’ proċeduri kriminali mibdija fi Stat Membru kontra l-istess persuna u l-istess fatti li fir-rigward tagħhom diġà tressqu, fi Stat Membru ieħor, proċeduri kriminali li ntemmu definittivament permezz ta’ deċiżjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li tordna t-tmiem tal-investigazzjoni?

Iċ-ċirkustanza li, anki meta jkun hemm deċiżjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li tordna t-tmiem tal-proċeduri kriminali (investigazzjoni) fi Stat Membru, ikun possibbli li l-investigazzjoni terġa’ tinfetaħ sal-mument li r-reat isir preskritt, anki jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ma qiesx li jkun iġġustifikat li jerġa’ jiftaħ tali investigazzjoni ex officio, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ne bis in idem sanċit fl-Artikolu 50 tal-Karta u fl-Artikolu 54 tal-KTFS, li jipprojbixxi definittivament il-ftuħ ta’ proċeduri kriminali ġodda fi Stat Membru kontra l-istess persuna u l-istess fatti?

Investigazzjoni li ġiet mitmuma fir-rigward ta’ imputat li ma ġiex interrogat fil-kwalità ta’ persuna investigata dwar reat li jinvolvi l-koimputati tiegħu, anki meta kontra l-imsemmija persuna twettqu atti ta’ investigazzjoni fil-kwalità ta’ imputat, u l-fatt li t-tmiem tal-investigazzjoni kien ibbażat kemm fuq data ta’ investigazzjoni li saret magħrufa wara talba ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, kemm fuq il-produzzjoni ta’ data relatata ma kontijiet bankarji, kif ukoll fuq l-interrogazzjoni tal-koimputati fil-kwalità tagħhom ta’ persuni investigati, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ne bis in idem sanċit fl-Artikolu 50 tal-Karta u fl-Artikolu 54 tal-KTFS u tista’ titqies li twettqet b’mod suffiċjentement iddettaljat u eżawrjenti?

____________