Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 – PlasticsEurope vs ECHA

(Kawża T-185/17) 1

(“REACH – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li dawn jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Iskrizzjoni tal-Bisphenol A bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni f’din il-lista – Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, É. Mullier u F. Mattioli, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u N. Herbatschek, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas, J. Traband u B. Fodda, sussegwentement minn D. Colas, J. Traband u E. de Moustier, aġenti) u ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Jannar 2017 (ED/01/2017) li biha l-Bisfenol A ġie inkluż fil-lista ta' sustanzi identifikati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifika ĠU L 136, p. 3), kif imsemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-regolament, minħabba li ġiet identifikata bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni skont l-Artikolu 57(c) tar-Regolament Nru 1907/2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

PlasticsEurope għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u minn ClientEarth.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess..

____________

1     ĠU C 161, 22.5.2017.