Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 - Frosch Touristik vs L-UASI - DSR touristik (FLUGBÖRSE)

(Kawża T-189/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Frosch Touristik GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Lauf, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: DSR touristik GmbH

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI) tat-22 ta' Marzu 2007 - Każ R 1084/2004-4 - kollha kemm hi u tirreferi lura l-każ lill-UASI sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li fil-konfront tagħha ntalbet dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "FLUGBÖRSE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 81 406).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Applikant għad-dikjarazzjoni ta' invalidità: DSR touristik GmbH.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 51(1)(a), 7(1)(ċ) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94. 1

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).