Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-23 ta’ Diċembru 2021 – UP vs Centre public d’action sociale de Liège

(Kawża C-825/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UP

Konvenut: Centre public d’action sociale de Liège

Domandi preliminari

L-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 , jipprekludu r-regola ta’ dritt intern li tgħid li l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni li tagħti dritt ta’ soġġorn fil-kuntest tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ soġġorn għal raġunijiet mediċi, ikkunsidrata bħala ammissibbli fid-dawl tal-kriterji speċifikati hawn taħt, tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa awtorizzat jissoġorna, anki jekk temporanjament u prekarjament, matul l-eżami ta’ din l-applikazzjoni u li dan il-ħruġ jimplika, għaldaqstant, l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ ritorn adottata preċedentement fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ażil, li hija inkompatibbli magħha?

____________

1     ĠU 2008, L 348, p. 98.