Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta' tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tas-16 ta' Diċembru 2011 li teskludi lir-rikorrent mil-lista ta' uffiċjali ċċertifikati skont il-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2010-2011;

sa fejn ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tas-16 ta' Awwissu 2012 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jingħata danni f'ammont ta' EUR 5000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

____________