Language of document : ECLI:EU:T:2012:335





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2012 — Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/09)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Uċuħ tar-raba’ li jinħarat — Iffriżar tal-artijiet”

1.                     Proċedura — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 46(1)(d)) (ara l-punt 24)

2.                     Dritt tal-Unjoni — Interpretazzjoni — Metodi (ara l-punt 29)

3.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jorganizzaw sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3887/92, Artikolu 6(1) u Regolament tal-Kummissjoni Nru 2419/2001, Artikolu 15) (ara l-punti 39, 40, 160)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 57, 58, 150)

5.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza ta’ risposta tal-Kummissjoni għal ittra — Ksur — Assenza (ara l-punt 134)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 139, 140)

7.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Proporzjonalità — Kanċellament tal-għajnuna fil-każ ta’ ksur ta’ obbligi essenzjali — Ammissibbiltà (ara l-punti 148, 149)

8.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Spejjeż irregolari li ma jistgħux jiġu ddeterminati bi preċiżjoni suffiċjenti — Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet ta’ rati fissi — Ammissibbiltà (ara l-punt 152)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mir-Renju tad-Danimarka minħabba l-iffriżar tal-artijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.