Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2020 – OM vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR et

(Kawża C-571/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Potenza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OM

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca - MIUR, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Conservatorio di Musica “E.R. Duni” di Matera

Domandi preliminari

Il-[paragrafu] 4 tal-Artikolu 45 TFUE huwa konformi jew jikser b’mod manifest ir-regoli u l-prinċipji tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 45 tat-Trattat TFUE [paragrafi] 1, 2 u 3) li jipprovdu għall-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni u b’mod partikolari d-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (imsejħa d-“direttiva Bolkestein”) 1 trasposta fl-Italja permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 59 tas-26 ta’ Marzu 2010 (GURI Nru 94 tat-23 ta’ April 2010)?

Jista’ jiġi identifkat kuntrast ieħor bejn il-[paragrafu] 4 tal-Artikolu 45 TFUE mar-regoli tat-Trattat UE inkonnessjoni mad-differenza li ssir bejn l-impjegat tal-amministrazzjoni pubblika u ħaddiem ta’ impriża privata fir-rigward tar-regoli li jipprevedu projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-persuni fit-Trattat UE (ara f’dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-QEDB tal-25 ta’ Marzu 2014, Biasucci et vs L-Italja), minbarra dawk diġà msemmija iktar ’il fuq?

Jista’ jiġi identifkat kuntrast ieħor tal-Liġi Taljana Nru 508/99 mar-regoli tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxu l-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikoli 28 u 29 tat-Trattat KE li sussegwentement ġew inseriti fl-Artikoli 34 u 35 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea wara r-riforma miġjuba bit-Trattat ta’ Lisbona – regoli pprojbiti mit-Trattat UE peress li jistgħu jippenalizzaw ċittadini ta’ ċerti Stati Membri meta mqabbla ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra inkonnessjoni mal-moviment liberu tal-persuni u mat-trattament marbuta mar-remunerazzjoni u mas-sigurtà soċjali kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn tal-aħħar?

____________

1     Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).