Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče - is-Slovenja) – Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d.o.o. vs Republika Slovenija
(Kawża C-235/21) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KEE – Artikolu 203 – Kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura – Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT – Possibbiltà li kuntratt bil-miktub jiġi assimilat għal fattura)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d.o.o.
Konvenut: Republika Slovenija
Dispożittiv
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, li l-konklużjoni tiegħu ma ġietx segwita mill-istabbiliment ta’ fattura tal-VAT mill-partijiet, jista’ jitqies bħala fattura, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn dan il-kuntratt jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud humiex issodisfatti f’dan il-każ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
____________
1 ĠU C 217, 07.6.2021.