Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fil-15 ta’ Frar 2021 – VW vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

(Kawża C-92/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VW

Konvenut: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Domandi preliminari

Rikors taħt id-dritt nazzjonali organizzat favur applikant għal ażil mitlub biex l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor, li ma għandu ebda natura sospensiva u li ma jistax jikseb tali natura ħlief fil-każ ta’ ċaħda tal-libertà bil-għan tat-trasferiment imminenti, jikkostitwixxi rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III 1 ?

Ir-rimedju effettiv imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III għandu jinftiehem fis-sens li jipprekludi biss l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ trasferiment forzat matul l-eżami tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment imsemmija jew fis-sens li jipprekludi kull miżura preparatorja għal tneħħija, bħat-tqegħid f’ċentru li jiżgura l-istabbiliment ta’ pjan ta’ ritorn fir-rigward tal-applikanti għal ażil mitluba biex l-applikazzjoni għal ażil tagħhom tiġi eżaminata f’pajjiż Ewropew ieħor?

____________

1     Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50).