Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Awwissu 2023 – VariusSystems digital solutions GmbH vs GR Inhaberin B & G

(Kawża C-526/23, VariusSystems)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VariusSystems digital solutions GmbH

Konvenut: GR Inhaberin B & G

Domanda preliminari

Il-punt 1b tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni fil-qasam kuntrattwali, il-post ta’ eżekuzzjoni għall-iżvilupp u għall-operat kontinwu ta’ software intiż sabiex jissodisfa l-bżonnijiet individwali ta’ klijent stabbilit fi Stat Membru A (f’dan il-każ: il-Ġermanja), jikkorrispondi mal-post:

fejn il-ħolqien intellettwali (il-“programmazzjoni”) li huwa l-bażi tas-software jitwettaq mill-impriża stabbilita fi Stat Membru B (f’dan il-każ: l-Awstrija), jew

fejn il-klijent jaċċedi għas-software, jiġifieri jikkonsultah u jsir użu minnu?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.