Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunal Newcastle upon Tyne (ir-Renju Unit) fit-3 ta' April 2012 - C.D. vs S.T.

(Kawża C-167/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Employment Tribunal Newcastle upon Tyne

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C.D.

Konvenut: S.T.

Domandi preliminari

F'kull waħda minn dawn id-domandi:

(a) Il-frażi "omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta' arranġament ma' omm surrogata" tirreferi għas-sitwazzjoni fejn l-omm mhux bijoloġika inkwistjoni hija impjegata u ma kinitx hija nnifisha, f'mument rilevanti, tqila, jew weldet it-tarbija inkwistjoni;

(b) Il-frażi "omm surrogata" tirreferi għas-sitwazzjoni fejn mara kienet tqila u weldet tarbija għal omm mhux bijoloġika.

L-Artikolu 1(1) u/jew l-Artikolu 2(ċ) u/jew l-Artikolu 8(1) u/jew l-Artikolu 11(2)(b) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE 2, jew li qed ireddgħu jipprevedi d-dritt għal leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta' arranġament ma' omm surrogata?

Id-Direttiva 92/85/KEE [iċċitata iktar 'il fuq] tipprevedi dritt għal leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija fejn din tal-aħħar:

tista' tredda wara t-twelid u/jew

effettivament tredda wara t-twelid?

Jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE , li persuna li timpjega tirrifjuta li tagħti leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta' arranġament ma omm surrogata?

Fid-dawl tar-relazzjoni ta' din l-impjegata mal-omm surrogata tat-tarbija, ikun hemm ksur potenzjali tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE, jekk jiġi miċħud il-leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta' arranġament ma' omm surrogata?

Ikun hemm ksur potenzjali tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE jekk, minħabba r-relazzjoni tal-omm mhux bijoloġika mal-omm surrogata tat-tarbija, l-omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta' arranġament ma' omm surrogata tiġi ssuġġettata għal trattament inqas favorevoli?

Jekk ir-risposta għad-domanda 4 hija fl-affermattiv, l-istatus tal-omm mhux bijoloġika huwa biżżejjed sabiex jintitolaha għad-dritt għal leave tal-maternità abbażi tar-relazzjoni tagħha mal-omm surrogata tat-tarbija?

Jekk ir-risposta għal xi waħda mid-domandi 1, 2, 3 u 4 hija fl-affermattiv:-

7.1    id-Direttiva 92/85/KEE, fl-aspetti rilevanti tagħha, għandha effett dirett; u

7.2    id-Direttiva 2006/54/KE, fl-aspetti rilevanti tagħha, għandha effett dirett?

____________

1 - Direttiva 92/85/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).

2 - Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta' Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).