Language of document : ECLI:EU:T:2007:305





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ottubru 2007 – MB Immobilien vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/07 R)

“Miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat fil-Länder il-ġodda – Obbligu ta’ rkupru – Talba għas-sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Urġenza – Ibbilanċjar ta’ l-interessi”

1.                     Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp li tappartjeni għalih – Kontroll miżmum minn persuna fiżika u mhux minn persuna ġuridika – Nuqqas ta’ rilevanza (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 33-38)

2.                     Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 45-46)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/492/KE, ta’ l-24 ta’ Jannar 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2005 (ex NN 52/2004) mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (ĠU L 183, p. 27).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.