Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 –
EUIPO vs Messi Cuccittini
(Kawżi magħquda C 449/18 P u C 474/18 P) (1)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti MASSI – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”
1. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punti 45 sa 47)
2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58
(ara l-punt 55)
3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Portata – Obbligu li tiġi stabbilita l-eżatezza tal-fatti magħrufa – Assenza – Kontestazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tan-natura magħrufa tal-fatti mwettqa mill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58
(ara l-punt 57)
4. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ appell – Rikors quddiem qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi fattwali fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni – Argumenti li jesponi fatti magħrufa – Inclusion
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)
(ara l-punti 71-73)
5. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Tendenza tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punti 84-87)
Dispożittiv
1) | | L-appelli huma miċħuda. |
2) | | L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini fil-Kawża C‑449/18 P. |
3) | | J.M.‑E.V. e hijos SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawża C‑474/18 P. |