Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Mejju 2012 - Dow Chemical vs Il-Kunsill

(Kawża T-158/10) 

"Dumping - Importazzjonijiet ta' etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti - Dazju antidumping definittiv - Skadenza tal-miżuri antidumping - Reviżjoni - Probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping - Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Dow Chemical Company (Midland, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment J. F. Bellis, R. Luff u V. Hahn, sussegwentement J. F. Bellis u R. Luff, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, R. Szostak u B. Driessen, aġenti, assistiti minn de G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u M. França, sussegwentement A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010, tad-19 ta' Jannar 2010, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l- importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 17, p. 1)

Dispożittiv

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010, tad-19 ta' Jannar 2010, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil The Dow Chemical Company.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn The Dow Chemical Company.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010 p. 44.