Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembre 2012 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Għajuna allegatament implementata minn Franza fil-forma ta' garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta' entità pubblika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Oneru tal-prova tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat - Vantaġġ")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, B. Beaupère-Manokha, J. Gstalter u S. Menez, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u S. Menez, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/605/UE, tas-26 ta' Jannar 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/07 (eks E 15/05) mogħtija minn Franza lil La Poste (ĠU L 274, p. 1).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.