Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' April 2010 - Air France vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' parallelogramm)

(Kawża T-159/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Air France (Roissy Charles de Gaulle, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta' Jannar 2010 tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ 1018/2009-2 inkwantu din tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 007576218 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li huma s-suġġett tar-rikors preżenti;

taċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 007576218 għall-prodotti u għas-servizzi kollha li hija tkopri;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest tar-rikors preżenti, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva, li tirrapreżenta l-forma ta' parallelogramm, għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 35, 36, 37, 38, 39, 41, 42, 43, 44 u 45 (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 7 576 218)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja minħabba l-fatt li t-trade mark ippreżentata għar-reġistrazzjoni għandha grad minimu ta' karattru distintiva meħtieġa għar-reġistrazzjoni

____________