Language of document : ECLI:EU:T:2012:566





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2012 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑442/11)

“Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att parzjalment konfermattiv u parzjalment informattiv – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-aġir ikkritikat jew ta’ definizzjoni tad-dannu allegat – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Assenza ta’ prova tad-dannu – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Att ta’ natura purament informattiva — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 60-64)

2.                     Rikors għal annullament — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni mhux ikkontestata fit-termini — Inammissibbiltà — Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva — Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti u abbażi ta’ provi ġodda — Esklużjoni — Ilment ippreżentat quddiem l-Ombudsman Ewropew — Assenza ta’ fatti ġodda u sostantivi u ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 66-68, 85, 87, 89, 90)

3.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li ma ġiex ippubblikat u lanqas innotifikat lir-rikorrent — Għarfien eżatt tal-kontenut u tal-motivi — Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 79)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors mhux ċar u preċiż biżżejjed — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 92, 96, 99-101)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu — Rabta kawżali — Oneru tal-prova — Talba għad-danni mingħajr dettall dwar l-allegat dannu u r-rabta bejn dan id-dannu u l-aġir ikkritikat tal-istituzzjoni Komunitarja — Kundizzjonijiet mhux sodisfatti (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 102-104, 107, 108, 111, 119, 120, 123, 125)

6.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi sabiex tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 146)


Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament ta’ ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas id-danni u, fit-tielet lok, il-kundanna ta’ din l-istess istituzzjoni sabiex tippubblika stqarrija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.