Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' April 2011 - Inglewood et vs Il-Parlament

(Kawża T-229/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lord Inglewood (Penrith, ir-Renju Unit), Georges Berthu (Longré, Franza), Guy Bono (Saint-Martin-de-Crau, Franza), David Robert Bowe (Leeds, ir-Renju Unit), Brendan Donnelly (Londra, ir-Renju Unit), Catherine Guy-Quint (Cournon-d'Auvergne, Franza), Christine Margaret Oddy (Coventry, ir-Renju Unit), Nicole Thomas-Mauro (Épernay, Franza), Gary Titley (Bolton, ir-Renju Unit), Vincenzo Viola (Palermo, l-Italja), u Maartje van Putten (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

-    tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament, fl-1 ta' April 2009, li temenda s-sistema ta' pensjoni addizzjonali volontarja tal-Membri tal-Parlament Ewropew, hija illegali;

id-deċiżjonijiet ikkontestati huma annullati ;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors sar kontra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament, tal-1 ta' April 2009, li temenda s-sistema ta' pensjoni addizzjonali volontarja tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw fil-merti erba' motivi bbażati fuq:

ksur tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent kif ukoll tal-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettativi leġittimi

ksur tal-prinċipji ġenerali ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità, sa fejn d-deċiżjonijiet ikkontestati għollew bi tliet snin l-età pensjonabbli, u dan mingħajr miżura tranżitorja;

ksur tal-Artikolu 29 tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jipprevedu attenzjoni partikolari min-naħa tal-kwesturi u tas-segretarju ġenerali għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni stretta ta' dawn ir-regoli;

żball manifest ta' evalwazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta' April 2009, li emendat is-sistema li abbażi tagħha ttieħdu d-deċiżjoni kkontestati.

____________