Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat gris skur, gris ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ)

(Kawża T-231/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat gris skur, gris ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta' Marzu 2011 (Każ R 2041/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta disinn iċċangjat gris skur, gris ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238,13.08.2011.