Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Frar 2013 - Caventa vs UASI - Anson's Herrenhaus (BERG)

(Kawża T-225/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Krenzel, sussegwentement T. Stein u A. Segler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson's Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti : O. Löffel u P. Lange, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Frar 2011 (Każ R 740/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Anson's Herrenhaus KG u Caventa AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 194, 02.07.2011.