Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2023 – deluxe holding vs EUIPO – Piffany Copenhagen (Xemgħat tal-elettriku)

(Kawża T-1158/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: deluxe holding ApS (Kolding, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piffany Copenhagen ApS (Helsinge, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità Nru 7 745 252-0001 (Xemgħat tal-elettriku)

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 810/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Dikjarazzjoni żbaljata ta’ fatti magħrufa sewwa;

Ksur tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________