Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15ta’ Diċembru 2023 – Jacob Cohen Company vs EUIPO - Giada (613)

(Kawża T-1159/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Jacob Cohen Company SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giada SpA (Adria, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea 613 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 244 164

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 1439/222-5

Talbiet

Ir-rikorrent titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 244 164 “613” tiġi miċħuda fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lil Giada S.p.A. għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, kif ukoll tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell, inklużi l-ispejje legali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________